L-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizz għandhu jippermetti l-awtoritajiet superviżorji tal-impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ biex iwettqu huma stess, jew permezz ta’ persuni intermedjarji li jaħtru għal dak il-għan, spezzjonijiet fuq il-post fil-binjiet tal-fornitur tas-servizzi. L-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandhom jinformaw lill-awtorità xierqa tal-Istat Membru tal-fornitur tas-servizz qabel ma jwettqu l-ispezzjoni fuq il-post. Fil-każ ta’ entità mhux sorveljata, l-awtorità xierqa għandha tkun l-awtorità superviżorja.
L-awtoritajiet superviżorji ta’ Stat Membru tal-impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ tista’ tiddelega tali spezzjonijiet fuq il-post lill-awtoritajiet superviżorji ta’ Stat Membru ieħor fejn il-fornitur tas-servizz ikun jinsab.
▼M5
Meta awtorità superviżorja tkun infurmat lill-awtorità xierqa tal-Istat Membru dwar il-fornitur tas-servizz li beħsiebha twettaq spezzjoni fuq il-post f'konformità ma' dan il-paragrafu, jew meta twettaq spezzjoni fuq il-post f'konformità mal-ewwel subparagrafu meta dik l-awtorità superviżorja ma tkunx tista' fil-prattika teżerċita d-dritt tagħha li twettaq dik l-ispezzjoni fuq il-post, l-awtorità superviżorja tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu.
F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-AEAPX għandha tkun intitolata tipparteċipa fi spezzjonijiet fuq il-post meta dawn jitwettqu b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet superviżorji jew aktar.
▼B