+Artikolu 39 It-trasferiment ta’portafolli
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
---+Artikolu 39 6.
|
Artikolu 39 It-trasferiment ta’portafolli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1.
|
Taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw impriżi tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ b’uffiċċji ewlenin fit-territorju tagħhom biex jittrasferixxu parti mill-portafolli tagħhom jew il-portafolli kollha ta’ kuntratti, konklużi jew taħt id-dritt ta’ stabbiliment jew taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, lil impriża li taċċetta stabbilita fil-Komunità.
Tali trasferiment għandu jiġi awtorizzat biss jekk l-awtoritajiet superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża li taċċetta jiċċertifikaw li wara li jsir it-trasferiment għall-kont l-impriża li taċċetta tippossjedi l-fondi proprji eliġibbli biex ikopru
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 100.
|
|
Artikolu 39 2.
|
Fil-każ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 sa 6.
|
|
Artikolu 39 3.
|
Meta fergħa tipproproni li tittrasferixxi parti jew il-portfoll kollu tagħha ta’ kuntratti, l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa għandu jiġi kkonsultat.
|
|
Artikolu 39 4.
|
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1 u 3, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni li titrasferixxi għandu jawtorizza t-trasferiment wara li jakkwista l-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fejn il-kuntratti jkunu ġew konklużi, jew taħt id-dritt għall-istabbiliment jew taħt il-libertà sabiex jiġu provduti servizzi.
|
|
Artikolu 39 5.
|
L-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonsultati għandhom jagħtu l-opinjoni jew il-kunsens tagħhom lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni li titrasferixxi, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu talba għall-konsultazzjoni.
L-assenza ta’ kwalunkwe tweġiba f’dak il-perjodu mill-awtoritajiet ikkonsultati għandha tiġi kkunsidrata bħala kunsens taċitu.
|
|
Artikolu 39 6.
|
Trasferiment ta’ portafolli awtorizzat skont il-paragrafi 1 sa 5 għandu jiġi ppubblikat jew qabel jew wara l-awtorizzazzjoni kif inhu stipulat mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju, jew tal-Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju, jew tal-Istat Membru tal-impenn.
Dawn it-trasferimenti għandhom awtomatikament ikunu validi kontra titolari ta’ poloz, il-persuni assigurati u kwalunkwe persuna oħra li kollha d-drittijiet jew l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti trasferiti.
L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jagħtu lil titolari ta’ poloz l-għażla li jikkanċellaw il-kuntratti fi żmien perjodu fiss wara t-trasferiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|