|
+Artikolu 51 2. |
Artikolu 51 2.Id-deskrizzjoni msemmija fil-punt (e)(i) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi analiżi ta’ kwalunkwe tibdil sinifikanti meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe differenzi kbar fir-rigward tat-tali elementi f’dikjarazzjonijiet finanzjarji, u deskrizzjoni fil-qosor tat-trasferibbiltà tal-kapital. L-iżvelar ►C4 tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ msemmi fil-punt (e)(ii) tal-paragrafu 1 għandu juri, separatament, l-ammont ikkalkolat skont il-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, is-Subtaqsimiet 2 u 3 u kwalunkwe żieda kapitali imposta b’konformità mal-Artikolu 37 jew l-impatt tal-parametri speċifiċi li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun mitluba li tuża f’ konformita’ mal-Artikolu 110, flimkien ma’ tagħrif konċiż dwar il-ġustifikazzjoni tagħha mill-awtorità superviżorja kkonċernata. Madankollu, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe divulgazzjoni li tkun mandatorja skont kwalunkwe rekwiżit legali jew regolatorju ieħor, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għalkemm ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fil-l-paragrafu 1(e)(ii) jiġi divulgat, matul perjodu tranżitorju li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020 is-supplimentazzjoni kapitali jew l-impatt tal-parametri speċifiċi li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun mitluba li tuża f'konformita' mal-Artikolu 110 ma jkunux meħtieġa li jiġu divulgati separatament. L-iżvelar ►C4 tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandu jkun akkumpanjat, fejn applikabbli, b’indikazzjoni li l-ammont finali tiegħu għadu suġġett għall-valutazzjoni superviżorja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|