+Artikolu 52 2.

Artikolu 52 2.

L-AEAPX għandha tiddivulga pubblikament, fuq bażi annwali, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

għall-Istati Membri kollha, id-distribuzzjoni totali ta' supplimentazzjonijiet kapitali, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(ii) 

impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(iii) 

għall-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(iv) 

impriżi tal-assigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet kemm tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja;

(v) 

impriżi tar-riassigurazzjoni;

(b) 

għal kull Stat Membru meħud separatament, id-distribuzzjoni totali ta' supplimentazzjonijiet kapitali, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, li tkopri l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'dak l-Istat Membru;

(c) 

għal kull attività ta' divulgazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, il-proporzjon ta' supplimentazzjonijiet kapitali imposti skont l-Artikolu 37(1)(a),(b) u (c) rispettivament.

(d) 

għall-Istati Membri kollha kollettivament, in-numru totali ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u gruppi li jibbenefikaw mil-limitazzjoni mir-rappurtar superviżorju regolari u n-numru totali ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-gruppi li jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' rappurtar fuq bażi ta' entrata entrata msemmija fl-Artikolu 35(6) u (7) u l-Artikolu 254(2), flimkien mal-volum tagħhom ta' rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi, imkejla rispettivament bħala perċentwali tal-volum totali tar-rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tal-gruppi kollha;

(e) 

għal kull Stat Membru separatament, in-numru ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jibbenefikaw mil-limitazzjoni mir-rappurtar superviżorju regolari u n-numru ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-gruppi li jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' rappurtar fuq bażi ta' entrata entrata msemmija fl-Artikolu 35(6) u (7) u l-Artikolu 254(2), flimkien mal-volum tagħhom ta' rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi, imkejla rispettivament bħala perċentwali tal-volum totali tar-rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-gruppi tal-Istat Membru;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.