L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn holding kwalifikanti f’intrapriża ta’ assigurazzjoni, biex l-ewwel tinnotifika bil-miktub lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju, filwaqt li tindika d-daqs tal-holding ta’ dik il-persuna wara dak li jkun beħsiebha tiddisponi. Tali persuna għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet superviżorji b’deċiżjoni li tnaqqas il-holding kwalifikanti ta’ dik il-persunasabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital li għandha jaqa’ taħt l-20 %, 30 % jew 50 % jew sa fejn l-impriża tal- assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni
◄ ma tibqgħax is-sussidjarja ta’ dik il-persuna. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw il-limitu ta’ 30 % fejn skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2004/109/KE huma japplikaw limitu ta’ terz.