|
+Artikolu 60 1. |
Artikolu 60 1.L-awtoritajiet superviżorji rilevanti għandhom jaħdmu f’konsultazzjoni sħiħa ma’ xulxin meta jwettqu l-evalwazzjoni jekk l-akkwirent propost huwa wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ta’ kreditu, impriża ta’ assigurazzjoni (assurance jew insurance), impriża ta’ riassigurazzjoni, kumpannija ta’ investiment jew kumpannija ta’ ġestjoni skont it-tifsira tal-punt 2 tal-Artikolu 1a tad-Direttiva 85/611/KEE, (kumpannija ta’ ġestjoni UCITS), awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak fejn qed ikun propost l-akkwist;
(b)
l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, impriża ta’ assigurazzjoni (insurance jew assurance), impriża ta’ riassigurazzjoni, kumpannija ta’ investiment jew kumpannija ta’ ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak fejn qed ikun propost l-akkwist; jew
(ċ)
persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu, impriża ta’ assigurazzjoni (insurance jew assurance), impriża ta’ riassigurazzjoni, kumpannija ta’ investiment jew kumpannija ta’ ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak li fih qed ikun propost l-akkwist. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|