►C4
Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandu jiġi kkalibrat sabiex jiżgura li jitqiesu r-riskji kwantifikabbli kollha li hija esposta għalihom impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. għandu jkopri n-negozju eżistenti, kif ukoll negozju ġdid mistenni li jiġi kuntrattat tul it-12-il xahar li jsegwu. Fir-rigward ta’ negozju eżistenti, għandu jkopri esklussivament telf mhux mistenni.
Għandu jikkorrispondi għall-Valur mar-Riskju tal-fondi proprji bażiċi ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġett għal livell ta’ kunfidenza ta’ 99,5 % fuq perjodu ta’ sena.