Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni barra dawk imsemmija fil-paragrafu 2, il-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv għandu jqis il-volum ta’ dawk l-operazzjonijiet, f’termini ta’ premiums iggwadanjati u dispożizzjonijiet tekniċi li jinżammu fir-rigward ta’ dawk l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. F’dan il-każ, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv ma għandux jaqbeż it-30 %
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza
◄ fir-rigward ta’ dawk l-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.