Artikolu 137
Nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tekniċi
Fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tikkonformax mal-Kapitolu VI, it-Taqsima 2, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha jistgħu jipprojbixxu d-disponiment liberu tal-attivi tagħha wara li jkunu kkomunikaw l-intenzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri ospitanti. L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandhom jagħżlu l-attivi li jkunu koperti b’tali miżuri.