Sakemm l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża ma jkollhomx raġuni biex jiddubitaw l-adegwatezza tas-sistema tal-governanza jew tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-rekwiżiti tajba u xieraqa skont l-Artikolu 42 tal-aġent awtorizzat, b’kunsiderazzjoni tan-negozju ppjanat, huma għandhom fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 145(2), jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti u għandhom jinfurmaw lill-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata dwar dan.
L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha għandhom ukoll jattestaw li l-impriża tal-assigurazzjoni tkopri
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit, ikkalkolat skont l-Artikoli 100 u 129.