Qabel il-fergħa ta’ impriża tal-assigurazzjoni tibda negozju, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti, għandhom, fejn applikabbli, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jinfurmaw lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha bil-kondizzjonijiet li taħthom, fl-interess tal-ġid ġenerali, dan in-negozju għandu jitwettaq fl-Istat Membru ospitanti. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tal-impriża għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata.
L-impriża tal-assigurazzjoni tista’ tistabbilixxi l-fergħa u tibda n-negozju mid-data li fiha l-awtorità superviżjorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tirċieivi tali komunikazzjoni, jew jekk l-ebda komunikazzjoni ma tiġi rċevuta, mal-iskadenza tal-perijodu previst fl-ewwel subparagrafu.