Għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 151, l-Istat Membru ospitanti għandu jeħtieġ lill-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja li taħtar rappreżentant residenti jew stabbilit fit-territorju tiegħu li għandu jiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja fir-rigward ta’ klejms, u għandu jkollu poteri suffiċjenti biex jirrappreżenta lill-impriża fir-rigward ta’ persuni li jsofru ħsara jew li jistgħu jsegwu klejms, inkluż il-pagament ta’ dawn il-klejms, u li jirrappreżentaha jew, meta neċessarju, li jara li tkun rappreżentata quddiem il-qrati u l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru f’relazzjoni għal dawn il-klejms.
Dak ir-rappreżentant jista’ wkoll ikun meħtieġ li jirrappreżenta l-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja quddiem l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tal-kontroll tal-eżistenza u l-validità ta’ poloz ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ vetturi bil-mutur.