+Artikolu 152a Notifika
---+Artikolu 152a 1.
---+Artikolu 152a 2.
---+Artikolu 152a 3.
---+Artikolu 152a 4.
|
Artikolu 152a Notifika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 152a 1.
|
Fejn l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tkun beħsiebha tawtorizza impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li l-iskema ta’ operazzjonijiet tagħha tindika li parti mill-attivitajiet tagħha ser tkun ibbażata fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment fi Stat Membru ieħor, u dik l-iskema ta’ operazzjonijiet tindika wkoll li dawk l-attivitajiet x’aktarx ikunu ta’ rilevanza fir-rigward tas-suq tal-Istat Membru ospitanti, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tinnotifika b’dan lill-EIOPA u lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti rilevanti.
|
|
Artikolu 152a 2.
|
L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha, flimkien man-notifika prevista fil-paragrafu 1, tinnotifika wkoll lill-EIOPA u lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti rilevanti meta tidentifika kondizzjonijiet finanzjarji li qed jiddeterjoraw jew riskji oħra emerġenti minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li twettaq attivitajiet li jkunu bbażati fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment u li jistgħu jkollhom effett transfruntier. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti tista’ wkoll tinnotifika lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju rilevanti fejn ikollha tħassib serju u motivat fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi. L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-EIOPA u jitolbu l-assistenza tagħha f’każijiet fejn ma tista’ tinstab l-ebda soluzzjoni bilaterali.
|
|
Artikolu 152a 3.
|
In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu valutazzjoni adatta.
|
|
Artikolu 152a 4.
|
In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għall-mandat superviżorju tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti previst f’din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|