Fejn, minkejja l-miżuri li jieħu l-Istat Membru ta’ domiċilju, jew minħabba li dawn il-miżuri jirriżultaw li mhux adegwati, l-impriża tar-riassigurazzjoni tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet li japplikaw għaliha fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jgħarrfu lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha, jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu jew jippenalizzaw irregolaritajiet ulterjuri, inkluż sa fejn meħtieġ strettament, li dik l-impriża tar-riassigurazzjoni tiġi mċaħħda milli tkompli tikkonkludi kuntratti ġodda tar-riassigurazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.
▼M5
Barra minn hekk, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tad-domiċilju jew dak ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (EU) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu.
▼B
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorju tagħhom huwa possibbli li jiġu notifikati d-dokumenti legali meħtieġa lill-impriżi tar-riassigurazzjoni.