|
+Artikolu 162 2. |
Artikolu 162 2.Stat Membru jista jagħti awtorizzazzjoni fejn l-impriża tissodisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
tkun intitolata li teżerċita negozju tal-assigurazzjoni skont il-liġi nazzjonali tagħha;
(b)
tistabbilixxi fergħa fit-territorju tal-Istat Membru fejn tintalab l-awtoriżżazzjoni;
(ċ)
timpenja ruħha li tistabbilixxi fil-post tal-amministrazzjoni tal-fergħa l-kontijiet speċifiċi għan-negozju li hi twettaq hemm, u li żżomm hemmhekk ir-reġistri kollha li għandhom x’jaqsmu man-negozju operat;
(d)
tinnomina rappreżentant ġenerali, biex ikun approvat mill-awtoritajiet superviżorji;
(e)
tippossjedi fl-Istat Membru fejn tintalab l-awtoriżżazzjoni, attivi ta’ ammont ugwali għal mill-inqas nofs il-limitu minimu assolut preskritt fil-punt (d) tal-Artikolu 129(1) fir-rigward tal-Kapital Minimu Rekwiżit u tiddeposita kwart ta’ dak il-limitu minimu assolut bħala sigurtà;
(f)
tintrabat li tkopri ►C4 r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 100 u 128;
(g)
tikkomunika l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-klejms maħtur f’kull Stat Membru barra mill-Istat Membru li fih l-awtorizzazzjoni tkun mitluba fejn ir-riskji li għandhom ikunu koperti jkunu kklassifikati fil-klassi 10 tal-Parti A fl-Anness I, barra mir-responsabbiltà ta’ trasportaturi;
(h)
tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 163;
(i)
tissodisfa r-rekwiżiti ta’ governanza stipulati fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|