|
+Artikolu 176 Informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-AEAPX |
Artikolu 176 Informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-AEAPXArtikolu 176 Informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-AEAPX L-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-AEAPX u lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' sussidjarji diretti jew indiretti li waħda jew aktar mill-impriżi prinċipali tagħhom ikunu regolati bil-liġijiet ta' pajjiż terz. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll indikazzjoni tal-istruttura tal-grupp konċernat. Meta impriża rregolata bil-liġi ta' pajjiż terz takkwista parteċipazzjoni f'impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni b'mod illi dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ssir sussidjarja ta' dik l-impriża minn pajjiż terz, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AEAPX u lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|