|
+Artikolu 206 2. |
Artikolu 206 2.L-Istati Membru jistgħu jeħtieġu li s-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 tkun operata fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta l-kondizzjonijiet kollha segwenti jiġu sodisfatti:
(a)
il-premiums imħallsa jkunu kkalkolati fuq il-bażi tat-tabelli tal-mard u informazzjoni statistika oħra relevanti għall-Istat Membru li fih jinstab ir-riskju skont il-metodi matematiċi użati fl-assigurazzjoni;
(b)
riserva stabbilita għal żieda fl-età;
(ċ)
l-assiguratur jista’ jikkanċella l-kuntratt biss tul perjodu fiss determinat mill-Istat Membru li fih jinstab ir-riskju;
(d)
il-kuntratt jipprovdi li l-premiums jistgħu jiżdiedu jew il-pagamenti jitnaqqsu, anke għal kuntratti attwali;
(e)
il-kuntratt jipprovdi li t-titolari tal-polza jistgħu jbiddlu l-kuntratt eżistenti tagħhom f’kuntratt ġdid li jikkonforma mal-paragrafu 1, offert mill-istess impriża tal-assigurazzjoni jew mill-istess fergħa u li tieħu kont tad -drittijiet akkwistati minnhom. Fil-każ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandu jittieħed kont tar-riserva għal żieda fl-età u jista’ jkun meħtieġ eżami mediku ġdid biss għal kopertura miżjuda. L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jippubblikaw it-tabelli tal-mard u informazzjoni statistika relevanti oħra msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u jittrażmettuhom lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża. Il-premiums għandhom ikunu suffiċjenti, b’suppożizzjonijiet attwarji raġonevoli, biex impriżi tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jissodisfaw l-impenji kollha tagħhom fir-rigward tal-aspetti kollha tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandu jeħtieġ il-bażi teknika għall-kalkolu ta’ premiums biex tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet superviżorji tiegħu qabel ma l-prodott jiġi ċċirkolat. It-tielet u r-raba’ subparagrafi għandhom japplikaw ukoll meta kuntratti eżistenti jiġu modifikati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|