|
+Artikolu 212 1. |
Artikolu 212 1.Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“impriża parteċipanti” tfisser impriża li tkun jew impriża prinċipali jew impriża oħra li tikkontrolla parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma’ impriża oħra permezz ta’ relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;
(b)
“impriża relatata” tfisser impriża sussidjarja jew impriża oħra li fiha tkun miżmuma parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma’ impriża oħra permezz ta’ relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;
(ċ)
“grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li:
(i)
jikkonsisti minn impriża parteċipanti, l-impriżi sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża parteċipanti jew l-impriżi sussidjarji tagħha jkollhom sehem, kif ukoll impriżi marbuta bejniethom b’relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE; jew
(ii)
jkun ibbażat fuq l-istabbiliment kuntrattwali jew mod ieħor ta’ rabtiet finanzjarji b’saħħithom u sostenibbli bejn dawk l-impriżi u li jista’ jinkludi wkoll assoċjazzjonijiet reċiproċi jew tat-tip reċiproku, sakemm:
—
waħda minn dawn l-impriżi teżerċita b’mod effettiv, permezz tal-koordinazzjoni ċentralizzata, influwenza dominanti fuq id-deċiżjonijiet, inklużi dawk finanzjarji, tal-impriżi l-oħra li jiffurmaw parti mill-grupp; u
—
l-istabbiliment u x-xoljiment ta’ dawn ir-relazzjonijiet għall-finijiet ta’ dan it-Titolu jkunu suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel mill-grupp ta’ superviżjoni.
fejn l-impriża li teżerċita l-koordinazzjoni ċentralizzata għandha titqies bħala l-impriża prinċipali, u l-impriżi l-oħra għandhom jitqiesu bħala sussidjarji;
(d)
“superviżur tal-grupp” tfisser l-awtorità superviżorja responsabbli mis-superviżjoni tal-grupp, determinata skont l-Artikolu 247;
(e)
“kulleġġ ta' superviżuri” tfisser struttura permanenti iżda flessibbli għall-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar is-superviżjoni ta' grupp;
(f)
“kumpannija holding tal-assigurazzjoni” tfisser impriża prinċipali li mhix kumpannija holding finanzjarja mħallta u li n-negozju prinċipali tagħha huwa li tikseb u żżomm parteċipazzjonijiet f’impriżi sussidjarji, fejn dawk l-impriżi sussidjarji huma esklussivament jew prinċipalment impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiżi terzi, fejn tal-anqas waħda minn tali impriżi sussidjarji tkun impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
(g)
“kumpannija holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta” tfisser impriża prinċipali, minbarra impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, li tinkludi mill-anqas impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fost l-impriżi sussidjarji tagħha;
(h)
“kumpannija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpannija holding finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|