Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom ukoll iqisu bħala impriża prinċipali kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet superviżorji, teżerċita b’mod effettiv influwenza dominanti fuq impriża oħra.
Għandhom ukoll iqisu bħala impriża sussidjarja kwalunkwe impriża li fuqha, fl-opinjoni tal-awtoritajiet superviżorji, ikun hemm impriża prinċipali li teżerċita b’mod effettiv influwenza dominanti.
Għandhom ukoll iqisu bħala parteċipazzjoni, it-titolu, dirett jew indirett, ta’ drittijiet tal-vot jew kapital f’impriża li fuqha, fl-opinjoni tal-awtoritajiet superviżorji, ikun hemm influwenza sinifikanti eżerċitata b’mod effettiv.