+Artikolu 237 Sussidjarji ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: deċiżjoni dwar l-applikazzjoni
---+Artikolu 237 1.
---+Artikolu 237 2.
---+Artikolu 237 3.
---+Artikolu 237 4.
---+Artikolu 237 5.
---+Artikolu 237 6.

Artikolu 237 Sussidjarji ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 237 1.
Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal permess biex tkun soġġett għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 238 u 239, l-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jaħdmu flimkien fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri, f'kooperazzjoni sħiħa ma' xulxin, biex jiddeċiedu jekk jagħtux il-permess mitlub jew le u biex jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet l-oħra, jekk dan ikun il-każ, li għalihom dan il-permess għandu jkun soġġett.

Applikazzjoni kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi sottomessa biss lill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriża sussidjarja. Dik l-awtorità superviżorja għandha tinforma lill-membri l-oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri u tgħaddilhom l-applikazzjoni sħiħa, mingħajr dewmien.

Artikolu 237 2.
L-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta l-awtoritajiet superviżorji kollha fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri jkunu rċevew l-applikazzjoni sħiħa.
Artikolu 237 3.
Jekk, fi żmien il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 2, kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta' tliet xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

►M9  Fejn l-EIOPA ma tiħux deċiżjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni finali. ◄ Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati. Il-perjodu ta' tliet xhur għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 237 4.
L-AEAPX tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmi fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati d-deċiżjonijiet konġunti.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 237 5.
Meta l-awtoritajiet superviżorji konċernati jkunu waslu għad-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità superviżorja, wara li tawtorizza lill-impriża sussidjarja għandha tipprovdi lill-applikant bid-deċiżjoni filwaqt li tagħti l-motivazzjonijiet kollha. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.
Artikolu 237 6.
Fl-assenza ta' deċiżjoni konġunta min-naħa tal-awtoritajiet superviżorji konċernati fil-perjodu ta' tliet xhur stipulat fil-paragrafu 2, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu stess dwar l-applikazzjoni.

Matul dak il-perjodu is-superviżur tal-grupp għandu jikkunsidra tajjeb dan li ġej:

(a) 

kwalunkwe fehma u riżerva tal-awtoritajiet superviżorji konċernati;

(b) 

kwalunkwe riżerva tal-awtoritajiet l-oħra superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri.

Id-deċiżjoni għandha tagħti l-motivazzjonijiet kollha u għandha tinkludi spjegazzjoni ta' xi devjazzjoni sinifikanti mir-riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati. Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-applikant u lill-awtoritajiet l-oħra superviżorji konċernati b'kopja tad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.