Meta
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza
◄ tal-impriża sussidjarja jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta’ mudell intern fuq livell ta’ grupp skont l-Artikolu 231 u l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriza sussidjarja jidhrilha li l-profil tar-riskju tagħha jiddevja bil-kbir minn dan il-mudell intern, u sakemm din l-impriża ma tindirizzax it-tħassib tal-awtorità superviżorja kif suppost, din l-awtorità tista’, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37, tipproponi lis-superviżur tal-grupp biex jistabbilixxi żieda kapitali
►C4
fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza
◄ ta’ dik l-impriża sussidjarja mill-applikazzjoni ta’ dan il-mudell, jew, f’ċirkustanzi eċċezzjonali meta din iż-żieda kapitali ma tkunx xierqa, biex jitlob lil dik l-impriża tikkalkula
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza
◄ tagħha fuq il-bażi tal-formola standard. L-awtorità superviżorja għandha tiddiskuti l-proposta tagħha fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri u tikkomunika l-bażi għal dawn il-proposti kemm lill-impriża sussidjarja kif ukoll lill-kulleġġ tas-superviżuri.