|
+Artikolu 238 5. |
Artikolu 238 5.Meta l-awtorità superviżorja u s-superviżur tal-grupp ma jaqblux, kwalunkwe wieħed mis-superviżuri jista', fi żmien xahar mill-proposta tal-awtorità superviżorja, jirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u jitlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn dan ir-riferiment. Il-perjodu ta' xahar għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament. Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta' xahar imsemmi f'dan is-subparagrafu jew wara li jkun intlaħaq ftehim fil-kulleġġ skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. L-awtorità superviżorja, wara li tkun awtorizzat lil dik is-sussidjarja, għandha tiddeferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati. Id-deċiżjoni għandha tagħti l-motivazzjonijiet sħaħ li fuqhom tkun ġiet ibbażata. Id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lis-sussidjarja u lill-kulleġġ tas-superviżuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|