+Artikolu 245 Superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp
---+Artikolu 245 1.
---+Artikolu 245 2.
---+Artikolu 245 3.
---+Artikolu 245 4.
---+Artikolu 245 5.
---+Artikolu 245 6.
|
Artikolu 245 Superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 245 1.
|
Is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp għandha titwettaq skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 246 u l-Kapitolu III.
|
|
Artikolu 245 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta jirrappurtaw fuq bażi regolari, u mill-inqas kull sena, lis-superviżur tal-grupp dwar kwalunkwe tranżazzjoni sinifikanti fost il-grupp mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp partikolari, fosthom dawk imwettqa ma’ persuna fiżika b’rabtiet mill-qrib ma’ impriża fil-grupp, sakemm ma japplikax l-Artikolu 215(2). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li jsir ir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet sinifikanti fost il-grupp minnufih malli dan ikun possibbli. L-informazzjoni meħtieġa għandha titressaq quddiem is-superviżur tal-grupp mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tmexxi l-grupp jew, fejn il-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp li tkun identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp. It-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp.
|
|
Artikolu 245 3.
|
Is-superviżur tal-grupp, wara konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp, għandu jidentifika liema xorta ta’ tranżazzjonijiet fost il-grupp għandhom jiġu rrappurtati f’kull ċirkostanza mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp partikolari. L-Artikolu 244(3) għandu japplika mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 245 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta' tranżazzjoni intragrupp sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 245 5.
|
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tas-superviżjoni ta' tranżazzjonijiet intragrupp, l-AEAPX tista'tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni intragrupp sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafu 3. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 245 6.
|
Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AEAPX tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri, l-formuli u l-mudelli għar-rappurtar dwar tranżazzjonijiet intragrupp bħal dawn għall-finijiet tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|