|
+Artikolu 255 2. |
Artikolu 255 2.Meta awtoritajiet superviżorji jixtiequ f’każijiet speċifiċi jivverifikaw l-informazzjoni dwar impriża, kemm jekk regolata kif ukoll jekk le, li tkun parti minn grupp u li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandhom jistaqsu lill-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru ieħor biex iwettqu l-verifika. L-awtoritajiet li jirċievu tali talba għandhom, fi ħdan il-qafas tal-kompetenzi tagħhom, jaġixxu fuq dik it-talba kemm billi jwettqu l-verifika direttament, billi jippermettu awditur jew espert li jwettaqha, jew billi jippermettu lill-awtorità li għamlet it-talba biex twettaqha hi stess. Is-superviżur tal-grupp għandu jkun infurmat dwar l-azzjoni li tittieħed. Fejn tixtieq, l-awtorità superviżorja li għamlet it-talba tista’ tieħu sehem fil-verifika meta ma tagħmilx il-verifika direttament. Meta t-talba lil awtorità superviżorja oħra biex tagħmel verifika skont dan il-paragrafu ma titteħidx azzjoni dwarha fi żmien ġimagħtejn, jew meta l-awtorità superviżorja ma tkunx tista' fil-prattika, teżerċita d-dritt tagħha li tipparteċipa f'konformità mat-tielet subparagrafu, l-awtorità li tagħmel it-talba tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u tista' titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu. F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-AEAPX għandha tkun intitolata tipparteċipa fi spezzjonijiet fuq il-post fejn dawn jitwettqu b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet superviżorji jew aktar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|