|
+Artikolu 258 1. |
Artikolu 258 1.Fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi grupp ma jkunux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 218 sa 246 jew fejn ikunu sodisfatti r-rekwiżiti iżda s-solvenza xorta waħda tista’ tiġi pperikolata, jew fejn tranżazzjonijiet fost il-grupp jew il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju huma theddida għall-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzoni, għandhom jiġu adottati l-miżuri neċessarji sabiex jirranġaw is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun minn:
(a)
is-superviżur tal-grupp fir-rigward tal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta;
(b)
l-awtoritajiet superviżorji fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. Fejn, fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp mhux wieħed mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet superviżorji dwar is-sejbiet tiegħu bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa. Fejn, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp mhux wieħed mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih il-kumpannija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet superviżorji dwar is-sejbiet tiegħu bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet superviżorji tagħhom fir-rigward tal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta. L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, li jinkludu s-superviżur tal-grupp, fejn ikun xieraq għandu jikkoordina l-miżuri tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|