Fejn appell huwa possibbli fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża kontra miżura ta’ riorganizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, l-amministratur jew kull persuna intitolata li tagħmel hekk fl-Istat Membru ta’ domiċilju għandu jagħmel pubblika d-deċiżjoni tiegħu fuq miżura ta’ riorganizzazzjoni skont il-pubblikazzjoni ta’ proċeduri pprovduti fl-Istat Membru ta’ domiċilju u, ukoll, għandu jippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel opportunità estratt mid-dokument li jistabbilixxi l-miżura ta’ riorganizzazzjoni.
L-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħra li jkunu ġew infurmati bid-deċiżjoni fuq miżura ta’ riorganizzazzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 270 jistgħu jiżguraw il-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni fit-territorju tagħhom bil-mod li jikkunsidraw xieraq.