|
+Artikolu 274 2. |
Artikolu 274 2.Il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandha tiddetermina b’mod partikolari s-segwenti:
(a)
l-attivi li jiffurmaw parti mill-patrimonju u t-trattament tal-attivi miksuba minn, jew li jiddevolvu fuq l-impriża tal-assigurazzjoni wara l-bidu tal-proċeduri tal-istralċ;
(b)
il-poteri rispettivi tas-setgħat tal-impriża tal-assigurazzjoni u l-istralċarju;
(ċ)
il-kondizzjonijiet li taħthom it-tpaċija tista’ tkun invokata;
(d)
l-effetti tal-proċeduri tal-istralċ fuq kuntratti kurrenti li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni hija parti;
(e)
l-effetti tal-proċeduri tal-istralċ fuq proċeduri mibdija mill-kredituri individwali, bl-eċċezzjoni ta’ kawżi pendenti msemmija fl-Artikolu 292;
(f)
il-klejms li huma preżentati kontra l-patrimonju tal-impriża tal-assigurazzjoni u t-trattament ta’ klejms li joħorġu wara l-bidu tal-proċeduri tal-istralċ;
(g)
ir-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni tal-klejms;
(h)
ir-regoli li jirregolaw it-tqassim tar-rikavat mir-realizzazzjoni tal-attivi, il-prijorità tal-klejms, u d-drittjiet tal-kredituri li kisbu sodisfazzjon parzjali wara l-bidu ta’ proċeduri tal-istralċ bis-saħħa ta’ dritt in rem jew permezz ta’ tpaċija;
(i)
il-kondizzjonijiet għall-proċeduri tal-istralċ u l-effetti tagħhom, partikolarment b’kompożizzjoni;
(j)
id-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq tal-proċeduri tal-istralċ;
(k)
il-parti li għandha tħallas l-ispejjeż magħmula fil-proċeduri għall-istralċ; u
(l)
ir-regoli dwar in-nullità, l-annullabbiltà jew in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ atti legali ta’ detriment lill-kredituri kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|