+Artikolu 304b Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 304b 1.
---+Artikolu 304b 2.
---+Artikolu 304b 3.
---+Artikolu 304b 4.
---+Artikolu 304b 5.
---+Artikolu 304b 6.
---+Artikolu 304b 7.
|
Artikolu 304b Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 304b 1.
|
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikoli 51(1) u 256(1) ta’ din id-Direttiva, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
19
). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li magħha hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
id-daqs tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
|
|
Artikolu 304b 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
|
|
Artikolu 304b 3.
|
Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
|
|
Artikolu 304b 4.
|
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 25a ta’ din id-Direttiva għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-EIOPA. L-EIOPA għandha tieħu dik l-informazzjoni mill-informazzjoni notifikata mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 25a ta’ din id-Direttiva għall-istabbiliment tal-lista msemmija fl-Artikolu 25a ta’ din id-Direttiva. Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li magħha hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
|
|
Artikolu 304b 5.
|
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 271(1) u 280(1) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li magħha hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
|
|
Artikolu 304b 6.
|
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-EIOPA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a)
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
(b)
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni;
(c)
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-EIOPA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post. L-EIOPA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 304b 7.
|
Fejn meħtieġ, l-EIOPA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|