|
+Artikolu 308e Pjan ta' dħul gradwali dwar il-miżuri tranżitorji dwar ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju u d-dispożizzjonijiet tekniċi |
Artikolu 308e Pjan ta' dħul gradwali dwar il-miżuri tranżitorji dwar ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju u d-dispożizzjonijiet tekniċiArtikolu 308e Pjan ta' dħul gradwali dwar il-miżuri tranżitorji dwar ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju u d-dispożizzjonijiet tekniċi L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw il-miżuri tranżitorji stabbiliti fl-Artikoli 308c jew 308d għandhom jinfurmaw lill-awtorità superviżorja malli josservaw li mhumiex se jikkonformaw mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza mingħajr l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri tranżitorji. L-awtorità superviżorja għandha teżiġi li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni konċernata tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fi tmiem il-perjodu tranżitorju. Fi żmien xahrejn mill-osservazzjoni tan-nonkonformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza mingħajr l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri tranżitorji, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata għandha tissottometti lill-awtorità superviżorja pjan ta' dħul gradwali li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati biex jiġi stabbilit il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju tiegħu biex tkun żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fi tmiem il-perjodu tranżitorju. L-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni konċernata tista' taġġorna l-pjan ta' dħul gradwali matul il-perjodu tranżitorju. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni konċernati għandhom jissottomettu annwalment rapport lill-awtorità superviżorja tagħhom li jispjega l-miżuri meħuda u l-progress li sar biex tkun żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fi tmiem il-perjodu tranżitorju. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jirrevokaw l-approvazzjoni għall-applikazzjoni tal-miżura tranżitorja meta dak ir-rapport ta' progress juri li l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fi tmiem il-perjodu tranżitorju mhijiex realistika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|