+Artikolu 14 2.

Artikolu 14 2.

L-Istat Membru ta' domiċilju jista' jippermetti li IORP, għal perjodu limitat ta' żmien, ma jkollhiex biżżejjed assi biex tkopri l-provvedimenti tekniċi. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li l-IORP tadotta pjan ta' rkupru konkret u fattibbli bi skeda ta' żmien sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 jerġgħu jiġu ssodisfati. Il-pjan għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-IORP għandha tistabbilixxi pjan konkret u fattibbli biex tistabbilixxi mill-ġdid l-ammont rikjest ta' assi biex tkopri bis-sħiħ il-provvedimenti tekniċi fi żmien debitu. Il-pjan għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-membri jew, fejn japplika, tar-rappreżentanti tagħhom u/jew għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju;

(b) 

fit-tfassil ta' dan il-pjan, kont għandu jingħata tas-sitwazzjoni speċifika tal-IORP, b'mod partikolari l-istruttura tal-assi/obbligazzjonijiet, il-profil tar-riskju, il-pjan ta' likwidità, il-profil tal-età tal-membri intitolati li jirċievu benefiċċji tal-irtirar, skemi għall-fażi inizjali u skemi li jibdlu minn nonfinanzjament jew finanzjament parzjali għal finanzjament sħiħ;

(c) 

fil-każ ta' stralċ ta' skema ta' pensjoni matul il-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, l-IORP għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju. L-IORP għandha tistabbilixxi proċedura sabiex tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet korrispondenti ta' dik l-iskema għal IORP oħra, impriża ta' assigurazzjoni jew korp xieraq ieħor. Din il-proċedura għandha tkun iddivulgata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u abbozz ġenerali tal-proċedura għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-membri jew, fejn japplika, tar-rappreżentanti tagħhom skont il-prinċipju tal-kunfidenzjalità.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.