+Artikolu 15 Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-IORPs u mill-AIFM tal-UE
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.

Artikolu 15 Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-IORPs u mill-AIFM tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.

Il-fornituri tal-PEPP kif imsemmija fil-punti (c) u (f) tal-Artikolu 6(1) li beħsiebhom jipprovdu PEPPs lill-faddala tal-PEPP fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti għall-ewwel darba taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u wara li jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jiftħu subkont għal dan l-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 21, għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-fornitur tal-PEPP,

(b) 

l-Istat Membru li fih il-fornitur tal-PEPP beħsiebu jipprovdi jew jiddistribwixxi PEPPs lill-faddala tal-PEPP.

Artikolu 15 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jibagħtu l-informazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla għand l-Istat Membru ospitanti flimkien ma’ konferma li l-fornitur tal-PEPP imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1). L-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkollhomx raġuni biex jiddubitaw l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva fir-rigward tal-forniment ta’ PEPP, jew is-sitwazzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP kif imsemmi fil-punti (c) u (f) tal-Artikolu 6(1).

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet tar-rifjut lill-fornitur tal-PEPP ikkonċernat fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha. Ir-rifjut jew kwalunkwe nuqqas milli tingħata tweġiba għandhom ikunu suġġetti għad-dritt li wieħed jirrikorri għall-qrati fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-PEPP.

Artikolu 15 3.
Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jirrikonoxxu li rċevew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mbagħad għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li l-informazzjoni waslet għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u li l-fornitur tal-PEPP jista’ jibda’ forniment tal-PEPP lill-faddala tal-PEPP f’dak l-Istat Membru.
Artikolu 15 4.
Fin-nuqqas ta’ konferma tar-riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 3 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tat-trażmissjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li l-fornitur tal-PEPP jista’ jibda jipprovdi servizzi f’dak l-Istat Membru.
Artikolu 15 5.
F’każ ta’ bidla fi kwalunkwe informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1, il-fornitur tal-PEPP għandu jinnotifika dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-inqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar il-bidla malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn xahar mill-wasla tan-notifika.
Artikolu 15 6.
L-Istati Membri ospitanti jistgħu, għall-finijiet ta’ din il-proċedura, jaħtru awtoritajiet kompetenti oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt 18 tal-Artikolu 2 sabiex jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-EIOPA, u jindikaw kwalunkwe diviżjoni ta’ dawk id-dmirijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.