+Artikolu 19 Subkontijiet tal-PEPP
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.

Artikolu 19 Subkontijiet tal-PEPP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Meta l-fornituri tal-PEPP jipprovdu servizz ta’ portabilità lill-faddala tal-PEPP skont l-Artikolu 17, il-fornituri tal-PEPP għandhom jiżguraw li meta jinfetaħ subkont ġdid f’xi kont tal-PEPP, dan għandu jikkorrispondi għar-rekwiżiti u għall-kundizzjonijiet legali stabbiliti fil-livell nazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 47 u 57 għall-PEPP mill-Istat Membru tar-residenza tal-PEPP il-ġdid. It-tranżazzjonijiet kollha fil-kont tal-PEPP għandhom jiddaħħlu f’subkont korrispondenti. Il-kontribuzzjonijiet li jkunu saru lis-subkont u t-teħid minnu jistgħu jkunu soġġetti għal kondizzjonijiet kuntrattwali separati.
Artikolu 19 2.
Mingħajr preġudizzju għal-liġi settorjali applikabbli, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jiżguraw ukoll il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 billi jistabbilixxu sħubija ma’ fornitur ieħor tal-PEPP reġistrat (is-“sieħeb”).

Wara li jiġi kkunsidrat l-ambitu tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu mis-sieħeb, is-sieħeb għandu jkun ikkwalifikat u kapaċi jwettaq il-funzjonijiet delegati. Il-fornitur tal-PEPP għandu jidħol fi ftehim bil-miktub mas-sieħeb. Il-ftehim ikun legalment eżegwibbli u jiddefinixxi b’mod ċar id-drittijiet u l-obbligi tal-fornitur tal-PEPP u tas-sieħeb. Il-Ftehim għandu jikkonforma mar-regoli u l-proċeduri rilevanti għad-delega u għall-esternalizzazzjoni stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għalihom kif imsemmi fl-Artikolu 6(1). Minkejja dak il-ftehim, il-fornitur tal-PEPP għandu jibqa’ responsabbli biss għar-responsabbiltajiet tiegħu skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.