+Artikolu 26 KID tal-PEPP
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
---+Artikolu 26 8.
---+Artikolu 26 9.
|
Artikolu 26 KID tal-PEPP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Qabel ma PEPP jiġi propost lill-faddala tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jfassal KID tal-PEPP għal dak il-prodott tal-PEPP f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima u għandu jippubblika l-KID tal-PEPP fuq is-sit web tiegħu.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Il-KID tal-PEPP għandu jikkostitwixxi informazzjoni prekuntrattwali. Dan għandu jkun preċiż, ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jipprovdi informazzjoni ewlenija u għandu jkun konsistenti ma’ kwalunkwe dokument kuntrattwali vinkolanti, bil-partijiet rilevanti tad-dokumenti ta’ offerta u bil-patti u l-kundizzjonijiet tal-PEPP.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Il-KID tal-PEPP għandu jkun dokument awtonomu, separat b’mod ċar mill-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni. Huwa ma għandux ikun fih kontroreferenzi għal materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni. Jista’ jkun fih kontroreferenzi għal dokumenti oħrajn inkluż prospett fejn applikabbli, u biss fejn il-kontroreferenza hija relatata mal-informazzjoni rikjesta li għandha tiġi inkluża fil-KID tal-PEPP minn dan ir-Regolament. Għandu jitfassal KID tal-PEPP separat għal PEPP Bażiku.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Meta fornitur tal-PEPP joffri lil faddal tal-PEPP firxa ta’ opzjonijiet alternattivi ta’ investiment sabiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Artikolu 28(3) dwar dawk l-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti ma tkunx tista’ tiġi pprovduta b’KID tal-PEPP uniku, konċiż u awtonomu, il-fornituri tal-PEPP għandhom jipproduċu wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
KID tal-PEPP awtonomu għal kull opzjoni ta’ investiment alternattiv;
(b)
KID tal-PEPP ġeneriku li jipprovdi mill-inqas deskrizzjoni ġenerika tal-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment u li jiddikjara fejn u kif tista’ tinstab informazzjoni prekuntrattwali aktar dettaljata relatata mal-investimenti li jappoġġaw dawk l-opzjonijiet ta’ investiment.
|
|
Artikolu 26 5.
|
F’konformità mal-Artikolu 24, il-KID tal-PEPP għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b’mod konċiż. Huwa għandu:
(a)
jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun faċli biex jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;
(b)
jiffoka fuq l-informazzjoni ewlenija meħtieġa mill-klijenti tal-PEPP;
(c)
jiġi espress b’mod ċar u miktub b’lingwaġġ u stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni u, b’mod partikolari, b’lingwaġġ li jkun ċar, fil-qosor u komprensibbli.
|
|
Artikolu 26 6.
|
Jekk jintużaw kuluri fil-KID tal-PEPP, dawn ma għandhomx inaqqsu l-komprensibbiltà tal-informazzjoni jekk il-KID tal-PEPP jiġi stampat jew fotokopjat fl-iswed u l-abjad.
|
|
Artikolu 26 7.
|
Fejn il-marka korporattiva jew il-logo tal-fornitur tal-PEPP jew tal-grupp li minnu jagħmel parti jintużaw fil-KID tal-PEPP, dan ma għandux itellef mill-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument jew joskura t-test.
|
|
Artikolu 26 8.
|
Minbarra l-KID tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu lill-faddala tal-PEPP prospettivi referenzi għal kwalunkwe rapport disponibbli pubblikament dwar il-kundizzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP, inkluża s-solvenza tiegħu, biex b’hekk jippermettu lill-faddala tal-PEPP prospettivi aċċess faċli għal din l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 26 9.
|
Il-faddala tal-PEPP prospettivi għandhom jiġu pprovduti wkoll b’informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-opzjoni ta’ investiment tal-faddala tal-PEPP li tkopri l-prestazzjoni ta’ mill-inqas 10 snin jew, f’każijiet meta l-PEPP ikun ilu jopera inqas minn 10 snin, li tkopri s-snin kollha li għalihom kien provdut il-PEPP. L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni “il-prestazzjoni fl-imgħoddi mhijiex indikattiva tal-prestazzjoni futura”.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|