+Artikolu 33 Forniment tal-KID tal-PEPP
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
|
Artikolu 33 Forniment tal-KID tal-PEPP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Fornitur tal-PEPP jew distributur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddala tal-PEPP prospettivi il-KIDs tal-PEPP kollha mfassla f’konformità mal-Artikolu 26 meta jagħti pariri dwar, jew joffri għall-bejgħ, PEPP, fi żmien biżżejjed qabel dawk il-faddala tal-PEPP jintrabtu bi kwalunkwe kuntratt jew offerta tal-PEPP relatata ma’ dak il-kuntratt tal-PEPP.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Fornitur tal-PEPP jew distributur tal-PEPP jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 billi jipprovdi l-KID tal-PEPP lil persuna fiżika li jkollha mandat bil-miktub sabiex tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment f’isem faddal tal-PEPP fir-rigward tat-tranżazzjonijiet konklużi fl-ambitu ta’ dak il-mandat bil-miktub.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra fejn xieraq, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġi pprovdut KID tal-PEPP kif stabbilit fil-paragrafu 1. L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|