+Artikolu 36 1.

Artikolu 36 1.

Id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jinkludi mill-inqas, din l-informazzjoni essenzjali li ġejja għall-faddala tal-PEPP:

(a) 

id-dettalji personali tal-faddal tal-PEPP u l-eqreb data li fiha tista’ tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni għal kwalunkwe subkont;

(b) 

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tal-PEPP u identifikazzjoni tal-kuntratt tal-PEPP;

(c) 

l-Istat Membru li fih il-fornitur tal-PEPP hu awtorizzat jew irreġistrat u l-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti;

(d) 

informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni bbażati fuq id-data msemmija fil-punt (a), u dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li dawk il-previżjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji tal-PEPP riċevuti. Jekk il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni jkunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll xenarju bbażat fuq l-aħjar stima u xenarju mhux favorevoli, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-kuntratt tal-PEPP;

(e) 

informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-faddal tal-PEPP jew minn kwalunkwe parti terza fil-kont tal-PEPP matul l-aħħar 12-il xahar;

(f) 

rendikont tal-kostijiet kollha mħallsa direttament jew indirettament mill-faddal tal-PEPP matul l-aħħar 12-il xahar, bl-indikazzjoni tal-kostijiet tal-amministrazzjoni, il-kostijiet tas-salvagwardja tal-assi, l-ispejjeż relatati mat-tranżazzjonijiet f’portafoll u spejjeż oħrajn, kif ukoll stima tal-impatt tal-ispejjeż fuq il-benefiċċji finali tal-PEPP; dawn il-kostijiet għandhom jiġu espressi kemm f’termini monetarji kif ukoll bħala perċentwal tal-kontribuzzjonijiet matul it-12-il xahar ta’ qabel;

(g) 

fejn applikabbli, in-natura u l-mekkaniżmu tat-tekniki ta’ garanzija jew ta’ mitigazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 46;

(h) 

fejn applikabbli, l-għadd u l-valur tal-unitajiet li jikkorrispondu għall-kontribuzzjonijiet tal-faddal tal-PEPP matul it-12-il xahar ta’ qabel;

(i) 

l-ammont totali fil-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP fid-data tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 35;

(j) 

informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-opzjoni ta’ investiment tal-faddal tal-PEPP li tkopri l-prestazzjoni ta’ mill-inqas 10 snin jew, f’każijiet meta l-PEPP ikun ilu jopera inqas minn 10 snin, li tkopri s-snin kollha li għalihom kien provdut il-PEPP. Informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni “il-prestazzjoni fl-imgħoddi mhijiex indikattiva tal-prestazzjoni futura”;

(k) 

għall-kontijiet tal-PEPP b’aktar minn subkont wieħed, l-informazzjoni fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha titqassam għas-subkontijiet eżistenti kollha;

(l) 

sommarju tal-informazzjoni dwar il-politika ta’ investiment relatata mal-fatturi ESG.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.