+Artikolu 37 Informazzjoni supplimentari
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
|
Artikolu 37 Informazzjoni supplimentari
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha tispeċifika fejn u kif tista’ tinkiseb l-informazzjoni supplimentari, inklużi:
(a)
aktar informazzjoni prattika dwar id-drittijiet u l-opzjonijiet tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tal-investimenti, il-fażi ta’dekumulazzjoni, is-servizz tal-bdil u s-servizz tal-portabilità;
(b)
il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali tal-fornitur tal-PEPP li huma pubblikament disponibbli;
(c)
dikjarazzjoni bil-miktub tal-prinċipji tal-politika ta’ investiment tal-fornitur tal-PEPP li tal-inqas ikun fiha informazzjoni dwar il-metodi tal-kejl tar-riskju ta’ investiment, il-proċessi implimentati tal-immaniġġjar tar-riskju u l-allokazzjoni strateġika tal-assi fir-rigward tan-natura u tad-durata tal-obbligazzjonijiet tal-PEPP, kif ukoll kif il-politika ta’ investiment tieħu f’kunsiderazzjoni fatturi ESG.
(d)
fejn applikabbli, informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet użati għall-ammonti espressi f’annwalitajiet, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata tal-annwalità, tat-tip ta’ fornitur tal-PEPP u tad-durata tal-annwalità;
(e)
il-livell ta’ benefiċċji tal-PEPP, f’każ ta’ rimborż qabel id-data msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 36(1).
|
|
Artikolu 37 2.
|
Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti tal-Artikolu 36 u ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs u wara li twettaq testijiet tal-konsumatur u testijiet tal-industrija, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 u f’dan l-Artikolu. Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi kif imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 36(1), id-differenzi bejn l-opzjonijiet ta’ investiment għandhom jiġu kkunsidrati, b’mod partikolari jekk il-faddal tal-PEPP jassumi r-riskju tal-investiment jew jekk l-opzjoni ta’ investiment tkun dipendenti fuq l-età jew tinkludi t-tul ta’ żmien korrispondenti. L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 37 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(2) u l-punt (d) tal-Artikolu 36(1), sabiex jippermettu t-tqabbil ma’ prodotti nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-fornituri tal-PEPP jipprovdu lill-faddala tal-PEPP bi projezzjonijiet addizzjonali tal-benefiċċji tal-pensjoni meta r-regoli jiddeterminaw li s-suppożizzjonijiet ikunu stabbiliti mill-Istati Membri rispettivi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|