Proċeduri tal-ADR adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi għas-soluzzjoni ta’ tilwimiet bejn il-klijenti tal-PEPP u l-fornituri tal-PEPP jew id-distributuri tal-PEPP rigward id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
), billi jintużaw korpi kompetenti eżistenti fejn xieraq. Tali proċeduri tal-ADR għandhom ikunu applikabbli, u l-kompetenza tal-korp tal-ADR rilevanti għandha tiġi estiża b’mod effettiv, għall-fornituri tal-PEPP jew għad-distributuri tal-PEPP li kontrihom jinfetħu l-proċeduri.