+Artikolu 69 Pubblikazzjoni tal-penalitajiet amministrattivi u ta’ miżuri oħra
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69 5.

Artikolu 69 Pubblikazzjoni tal-penalitajiet amministrattivi u ta’ miżuri oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 69 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien żejjed fuq is-siti web uffiċjali tagħhom kwalunkwe deċiżjoni ta’ impożizzjoni ta’ penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra għall-ksur ta’ dan ir-Regolament wara li d-destinatarju tal-penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra jkun ġie nnotifikat b’dik id-deċiżjoni.
Artikolu 69 2.
Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni fuq it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u l-penalitajiet amministrattivi jew miżuri oħra imposti.
Artikolu 69 3.

Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, f’każ ta’ persuni ġuridiċi, jew l-identità u d-data personali, f’każ ta’ persuni fiżiċi, titqies mill-awtoritajiet kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta’ każ b’każ, jew meta l-awtoritajiet kompetenti iqisu li l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta’ investigazzjoni kontinwa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jew:

(a) 

jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżura oħra sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni; jew

(b) 

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżura oħra, waqt li jħallu barra għal perjodu ta’ żmien raġonevoli l-identità u d-dejta personali tad-destinatarju, jekk ikun imbassar li f’dak iż-żmien ir-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu u dment li din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata; jew

(c) 

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżura oħra affattu f’każ li l-opzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:

(i) 

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;

(ii) 

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri li jitqiesu ta’ natura minuri.

Artikolu 69 4.
Fil-każ ta’ deċiżjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra fuq bażi anonima kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta. Meta deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura oħra tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll mingħajr dewmien idaħħlu dik l-informazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tagħhom u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tannulla deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura oħra għandha tiġi ppubblikata wkoll.
Artikolu 69 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-siti web uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.