|
+Artikolu 28 1 |
Artikolu 28 11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs jipprovdu feedback lill-entitajiet marbutin b'obbligu dwar ir-rappurtar ta' suspettiskont l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2024/1624. Tali feedback għandu jkopri tal-anqas il-kwalità tal-informazzjoni pprovduta, it-tempestività tar-rapportar, id-deskrizzjoni tas-suspett u d-dokumentazzjoni pprovduta fl-istadju tas-sottomissjoni. Il-feedback skont dan l-Artikolu ma għandux jinftiehem li jinkludi kull rapport ippreżentat mill-entitajiet marbutin b'obbligu. L-FIU għandha tipprovdi feedback tal-anqas darba fis-sena, kemm jekk tagħtih lill-entità marbuta b'obbligu individwali jew lil gruppi jew kategoriji ta' entitajiet marbutin b'obbligu, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għadd kumplessiv ta' tranżazzjonijiet suspettużi rrapportati mill-entitajiet marbutin b'obbligu. Il-feedback għandu jkun disponibbli wkoll għas-superviżuri biex ikunu jistgħu jwettqu superviżjoni bbażata fuq ir-riskju f'konformità mal-Artikolu 40. L-FIUs għandhom jirrapportaw fuq bażi annwali lill-AMLA dwar l-għoti ta' feedback lill-entitajiet marbutin b'obbligu skont dan l-Artikolu, u għandhom jipprovdu statistika dwar l-għadd ta' rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi ppreżentati mill-kategoriji ta' entitajiet marbutin b'obbligu. Sal-10 ta’ Lulju 2028, l-AMLA għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-FIUs dwar l-aħjar prattiki u approċċi għall-għoti ta' feedback, inkluż dwar it-tip u l-frekwenza tal-feedback. L-obbligu tal-għoti ta' feedback ma għandux jikkomprometti xi ħidma analitika li tkun għaddejja mill-FIU jew xi investigazzjoni jew azzjoni amministrattiva wara d-disseminazzjoni mill-FIU, u ma għandux jaffettwa l-applikabbiltà tar-rekwiżiti tal-protezzjoni u tal-kunfidenzjalità tad-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|