2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljaru jikkondividu l mas-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti informazzjoni dwar l-attivitajiet effettivament imwettqa mill-entità marbuta b'obbligu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti li huma jirċievu fil-kuntest tal-attivitajiet superviżorji tagħhom, inkluż informazzjoni sottomessa mill-entitajiet marbutin b'obbligu bi tweġiba għall-kwestjonarji superviżorji, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mal-attivitajiet li jitwettqu fl-Istat Membru ospitanti.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi skambjata mill-inqas darba fis-sena. Meta dik l-informazzjoni tiġi pprovduta f'forma aggregata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari jwieġbu minnufih għal kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali mis-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti.
B'deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari jinfurmaw lis-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti immedjatament malli jirċievu notifika mill-entitajiet marbutin b'obbligu skont l-Artikolu 8(1), tar-Regolament (UE) 2024/1624 li l-attivitajiet fl-Istat Membru ospitanti jkunu bdew.