+Artikolu 12 Ġuriżdizzjoni
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
|
Artikolu 12 Ġuriżdizzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1
|
1. Kull Stat Membru għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 meta:
|
(a)
|
ir-reat kriminali jkun twettaq kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu;
|
|
(b)
|
ir-reat kriminali jkun twettaq abbord vapur jew inġenju tal-ajru rreġistrat fl-Istat Membru kkonċernat jew li jtajjar il-bandiera tiegħu; jew
|
|
(c)
|
it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini tiegħu.
|
|
|
Artikolu 12 2
|
2. Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni meta jiddeċiedi li jestendi l-ġuriżdizzjoni tiegħu għal wieħed jew aktar mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu twettqu lil hinn mit-territorju tiegħu, meta:
|
(a)
|
it-trasgressur ikun resident abitwali fit-territorju tiegħu;
|
|
(b)
|
it-trasgressur huwa wieħed mill-uffiċjali tiegħu li jaġixxi fil-kariga uffiċjali tiegħu;
|
|
(c)
|
ir-reat ikun twettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika li tkun stabbilita fit-territorju tiegħu; jew
|
|
(d)
|
ir-reat ikun twettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu.
|
|
|
Artikolu 12 3
|
3. Meta reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3 u 4 jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, dawk l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiddeterminaw liema Stat Membru għandu jmexxi l-proċedimenti kriminali. Fejn ikun xieraq, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Eurojust f’konformità mal-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI (21).
|
|
Artikolu 12 4
|
4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jkunx soġġett għall-kundizzjoni li prosekuzzjoni tkun tista’ tinbeda biss wara li ssir denunzja mill-Istat tal-post fejn ikun twettaq ir-reat kriminali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1226
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|