+Artikolu 4 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
|
Artikolu 4 Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jikkostitwixxu unità waħda komposta u għall-impriżi kollha għandhom jinkludu, bħala minimu, il-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi minbarra l-impriżi ż-żgħar jinkludu dikjarazzjonijiet oħra fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali flimkien mad-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jitħejjew b’mod ċar u skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi, l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-qligħ jew it-telf tal-impriża. Meta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tkunx biżżejjed biex tinkiseb stampa vera u ġusta tal-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf tal-impriża, għandha tingħata tali informazzjoni addizzjonali fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li tkun meħtieġa biex tikkonforma ma' dak ir-rekwiżit.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Meta f’każijiet eċċezzjonali l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3, dik id-dispożizzjoni għandha tiġi diżapplikata sabiex tingħata stampa vera u ġusta tal-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf. Id-diżapplikazzjoni ta' kwalunkwe tali dispożizzjoni għandha tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliha u tal-effett tagħha fuq l-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u t-telf tal-impriża. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu l-każijiet eċċezzjonali inkwistjoni u jistabbilixxu r-regoli speċjali rilevanti, li għandhom jappikaw f'dawk il-każijiet.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi minbarra l-impriżi ż-żgħar jiżvelaw l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħhom li tkun supplimentari għal dik meħtieġa skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 4 6.
|
B'deroga mill-paragrafu 5, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-impriżi żgħar jippreparaw, jiżvelaw u jippublikaw informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, sakemm kwalunkwe tali informazzjoni tinġabar f'sistema ta' filing waħda u r-rekwiżit ta' divulgazzjoni jkun jinsab fil-leġislazzjoni fiskali nazzjonali għall-finijiet stretti ta' ġbir ta' taxxa. L-informazzjoni meħtieġa f'konformità ma' dan il-paragrafu għandha tiġi inkluża fil-parti rilevanti tad-dikjrazzjonijiet finanzjajri.
|
|
Artikolu 4 7.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa skont il-paragrafu 6 mat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u meta jintroduċu fil-liġi nazzjonali rekwiżiti ġodda skont il-paragrafu 6.
|
|
Artikolu 4 8.
|
L-Istati Membri li jużaw soluzzjonijiet elettroniċi għall-iffaljar u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jiżguraw li impriżi żgħar ma jkunux meħtieġa jippubblikaw, skont il-Kapitolu 7, l-iżvelarj addizzjonali meħtieġa mil-leġislazzjoni fiskali nazzjonali, kif imsemmi fil-paragrafu 6.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|