+Artikolu 29 Ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.

Artikolu 29 Ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
Ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat għandu bħala minimu, minbarra kull informazzjoni oħra rikjesta skont dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, juri l-informazzjoni rikjesta mill-Artikoli 19 u 20, b'kont meħud tal-aġġustamenti essenzjali li jirriżultaw mill-karatteristiċi partikolari ta’ rapport ta' ġestjoni kkonsolidat meta mqabbel ma’ rapport ta' ġestjoni b'mod li tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-pożizzjoni tal-impriżi inklużi fil-konsolidament meħuda flimkien.
Artikolu 29 2.

L-aġġustamenti li ġejjin fl-informazzjoni rikjesti mill-Artikoli 19 u 20 għandhom japplikaw:

(a) 

fir-rappurtar tad-dettalji tal-ishma proprji akkwistati, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat għandu jindika n-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur tal-parità kontabilistiku tal-ishma kollha tal- ►C1  impriża omm ◄ miżmuma minn dik l- ►C1  impriża omm ◄ , minn impriżi sussidjarji ta’ dik l- ►C1  impriża omm ◄ jew minn persuna li taġixxi f’isimha stess imma għan-nom ta’ kwalunkwe waħda minn dawk l-impriżi. Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi l-iżvelar ta’ dawk id-dettalji fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati;

(b) 

fir-rappurtar dwar is-sistemi ta’ kontroll intern u ta' ġestjoni tar-riskji, id-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva għandha tirreferi għall-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u ta' ġestjoni tar-riskji għall-impriżi inklużi fil-konsolidament, meħuda flimkien.

Artikolu 29 3.
Meta jkun rikjest rapport ta' ġestjoni kkonsolidat flimkien mar-rapport ta' ġestjoni, iż-żewġ rapporti jistgħu jiġu ppreżentati bħala rapport wieħed.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.