L-impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 19a ta’ din id-Direttiva għandhom iħejju r-rapport ta’ ġestjoni tagħhom fil-format elettroniku għar-rapportar speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/815 (
27
) u għandhom jimmarkaw ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħhom, inklużi d-divulgazzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mal-format elettroniku għar-rapportar speċifikat f’dak ir-Regolament Delegat. Sakemm tali regoli dwar l-immarkar jiġu adottati permezz ta’ dak ir-Regolament Delegat, l-impriżi ma għandhomx ikunu meħtieġa jimmarkaw ir-rapportar tagħhom dwar is-sostenibbiltà.