|
+Artikolu 37 Eżenzjoni għal impriżi sussidjarji |
Artikolu 37 Eżenzjoni għal impriżi sussidjarjiArtikolu 37 Eżenzjoni għal impriżi sussidjarji Minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2009/101/KE u 2012/30/UE, Stat Membru mhuwiex obbligat japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kontenut, l-awditjar u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u tar-rapport ta' ġestjoni għal impriżi regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jkunu impriżi sussidjarji, meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(1)
l- ►C1 impriża omm ◄ tkun soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru;
(2)
l-azzjonisti jew il-membri kollha tal-impriża sussidjarja, għal kull sena finanzjarja li fiha tapplika l-eżenzjoni, ikunu ddikjaraw il-qbil tagħhom għall-eżenzjoni minn dan l-obbligu;
(3)
l- ►C1 impriża omm ◄ tkun iddikjarat li hija tiggarantixxi l-impenji li l-impriża sussidjarja tkun daħlet għalihom;
(4)
id-dikjarazzjonijiet msemmijin fil-punti (2) u (3) ta’ dan l-Artikolu jiġu ppubblikati mill-impriża sussidjarja kif stabbilit mil-liġijiet tal-Istat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE;
(5)
l-impriża sussidjarja tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija mill- ►C1 impriża omm ◄ f’konformità ma’ din id-Direttiva;
(6)
l-eżenzjoni tiġi dżvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija mill- ►C1 impriża omm ◄ ; u
(7)
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmija fil-punt (5) ta’ dan l-Artikolu, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat, u r-rapport tal- ►C1 awditjar ◄ jiġu ppubblikati għall-impriża sussidjarja kif stabilit mil-liġijiet tal-Istat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|