+Artikolu 48h Klawsola ta’ rieżami

Artikolu 48h Klawsola ta’ rieżami

Artikolu 48h

Klawsola ta’ rieżami

Sat-22 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-konformità ma’, u l-impatt ta’, l-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikoli 48a sa 48f u, b’kont meħud tas-sitwazzjoni fil-livell tal-OECD, il-ħtieġa li jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ trasparenza u l-ħtieġa li jiġi ppreservat u żgurat ambjent kompetittiv għall-impriżi u l-investiment privat, hija għandha tirrieżamina u tivvaluta, b’mod partikolari, jekk ikunx xieraq li jiġi estiż l-obbligu ta’ rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu stabbilit fl-Artikolu 48b għal impriżi kbar u gruppi kbar, kif definiti fl-Artikolu 3(4) u (7) rispettivament, u li jiġi estiż il-kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu stabbilit fl-Artikolu 48c biex jiġu inklużi elementi addizzjonali. F’dak ir-rapport il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt li l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq bażi aggregata għal ġurisdizzjonijiet tat-taxxa ta’ pajjiżi terzi kif previst fl-Artikolu 48c(5) u l-ommissjoni temporanja tal-informazzjoni prevista fl-Artikolu 48c(6) għandhom fuq l-effettività ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien, fejn xieraq, ma’ proposta leġislattiva.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.