|
+Artikolu 17 1. |
Artikolu 17 1.Fir-rigward tal-kumpanniji ►C1 tal-awditjar ◄ , ir-reġistru pubbliku għandu jkun fih ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni;
(b)
il-forma ġuridika;
(ċ)
informazzjoni għall-finijiet ta' kuntatt, il-persuna prinċipali għall-finijiet ta' kuntatt u, fejn applikabbli, l-indirizz tal-websajt;
(d)
l-indirizz ta' kull uffiċċju fl-Istat Membru;
(e)
l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-awdituri statutorji kollha impjegati minn jew assoċjati bħala sħab jew b’xi mod ieħor mad-ditta tal-awditjar, u indikazzjoni ta’ jekk humiex approvati wkoll għat-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà
(f)
l-ismijiet u l-indirizzi professjonali tal-proprjetarji u ta' l-azzjonisti kollha;
(g)
l-ismijiet u l-indirizzi professjonali tal-membri kollha tal-korp amministrattiv jew ta' ġestjoni;
(h)
jekk applikabbli, is-sħubija f'network u lista ta' l-ismijiet u l-indirizzi tal-kumpanniji membri u affiljati jew indikazzjoni tal-post fejn din l-informazzjoni tkun pubblikament disponibbli;
(i)
ir-reġistrazzjoni(jiet) l-oħra kollha bħala ditta tal-awditjar mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u bħala ►C3 entità tal-awditjar ◄ ma’ pajjiżi terzi, inkluż l-isem/ismijiet tal-awtorità(jiet) ta’ reġistrazzjoni, u, jekk applikabbli, in-numru/i ta’ reġistrazzjoni, u indikazzjoni ta’ jekk ir-reġistrazzjoni tikkonċernax l-awditu statutorju, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, jew it-tnejn.
(j)
fejn applikabbli, jekk id-ditta tal-awditjar tkunx reġistrata skont l-Artikolu 3a(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|