|
+Artikolu 22 4. |
Artikolu 22 4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni jew il-kumpanniji msemmijin fil-paragrafu 2 ma jiħdux sehem f'awditu statutorju ta' kwalunkwe entità awditjata partikolari jew b'xi mod ieħor jinfluwenzaw l-eżitu tagħha jekk huma:
(a)
ikunu sidien ta' strumenti finanzjarji tal-entità awditjata, minbarra interessi li indirettament huma jkunu sidien tagħhom permezz ta' skemi diversifikati ta' investiment kollettiv;
(b)
ikunu sidien ta' strumenti finanzjarji ta' kwalunkwe entità relatata ma' entità awditjata, li s-sjieda tagħhom tkun tista' tikkawża, jew hija ġeneralment perċepita bħala li tikkawża, konflitt ta' interess, minbarra interessi li huma jkunu indirettament sidien tagħhom permezz ta' skemi diversifikati ta' investiment kollettiv;
(c)
kellhom impjieg, relazzjoni ta' negozju jew relazzjoni oħra ma' dik l-entità li tkun ġiet awditjata matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 li tista' tikkawża, ġew ġeneralment tiġi pperċepita bħala li tikkawża, konflitt ta' interess. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|