|
+Artikolu 24a 1. |
Artikolu 24a 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzattivi li ġejjin:
(a)
id-ditta tal-awditjar tistabbilixxi politiki u proċeduri xierqa sabiex jiżguraw li s-sidien u l-azzjonisti tagħha kif ukoll il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-kumpannija, jew ta' kumpannija affiljata, ma jintervjenux fit-twettiq ta' awditu statutorju b'xi mod li jippreġudika l-indipendenza u l-oġġettività tal-awditur statutorju li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar;
(b)
awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ikollhom proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi, mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-kwalità, proċeduri effikaċi għall-valutazzjoni tar-riskju, u arranġamenti effikaċi ta' kontroll u salvagwardja għal sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni; Dawk il-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-kwalità għandhom ikunu ddisinnjati biex jiżguraw konformità ma' deċiżjonijiet u proċeduri f'kull livell tad-ditta tal-awditjar jew tal-istruttura ta' ħidma tal-awditur statutorju;
(c)
awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu politiki u proċeduri xierqa biex jiżguraw li l-impjegati tagħhom u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tiegħu jew tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom u li huma involuti direttament fl-attivitajiet ta' awditu statutorju jkollhom għarfien u esperjenza xierqa għad-dmirijiet assenjati;
(d)
awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu politiki u proċeduri biex jiżguraw li l-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet importanti tal-awditjar ma ssirx b'tali mod li tiddebolixxi l-kwalità tal-kontroll intern tal-kwalità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar u l-abilità tal-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-konformità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva u, fejn applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 537/2014;
(e)
awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi biex tipprevjeni,tidentifika, telimina jew tiġġestixxi u tiddivulga kwalunkwe theddida għall-indipendenza tagħhom kif imsemmija f'22, 22a u 22b;
(f)
awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu proċeduri u standards xierqa għat-twettiq ta' awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku, ikkowċjar, superviżjoni u rieżami ta' attivitajiet ta' impjegati u l-organizzazzjoni tal-istruttura tal-fajl tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 24b(5);
(g)
awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu sistema ta' kontroll intern tal-kwalità sabiex jiżguraw il-kwalità tal-awditu statutorju. Is-sistema ta' kontroll tal-kwalità mill-inqas tkopri l-politiki u l-proċeduri deskritti fil-punt (f). Fil-każ ta' ditta tal-awditjar, ir-responsabilità tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità taqa' fuq persuna li tkun kwalifikata bħala awditur statutorju;
(h)
awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jużaw sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa sabiex tiżgura kontinwità u regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu jew tagħha ta' awditu statutorju;
(i)
awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu wkoll arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi għat-trattament u r-reġistrazzjoni ta' inċidenti li jkollhom, jew jista' jkollhom, konsegwenzi serji għall-integrità tal-attivitajiet tagħhom ta' awditu statutorju;
(j)
awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jkollhom politiki adegwati ta' rimunerazzjoni, inkluż il-kondiviżjoni tal-qligħ, li jipprovdu inċentivi suffiċjenti ta' prestazzjoni sabiex jiżguraw il-kwalità tal-awditjar. B'mod partikolari, l-ammont ta' dħul li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tikseb mill-għoti ta' servizzi mhux ta' awditjar lill-entità li tiġi awditjata ma għandux jifforma parti mill-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-kumpens ta' kwalunkwe persuna involuta fit-twettiq tal-awditjar jew li kapaċi tinfluwenzah.
(k)
awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jissorveljaw u jevalwaw l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, il-mekkaniżmi u arranġamenti interni ta' kontroll tal-kwalità stabbiliti tagħhom b'konformità ma' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 u jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe defiċenza. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar b'mod partikolari għandhom iwettqu evalwazzjoni annwali tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità, imsemmija fil-punt (g). Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom iżżomm rekords tas-sejbiet ta' dik l-evalwazzjoni u kwalunkwe miżura proposta biex tiġi mmodifikata s-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità. Il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddokumentati u kkomunikati lill-impjegati tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu rekwiżiti simplifikati għall-awditi msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2. Kwalunkwe esternalizzazzjoni ta' funzjoni tal-awditjar kif imsemmi fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu ma taffettwax ir-responsabilità tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar lejn l-entità awditjata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|