+Artikolu 26 Standards tal-awditjar
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
|
Artikolu 26 Standards tal-awditjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jwettqu l-awditi statutorji tal-kontijiet konformement ma' standards internazzjonali tal-awditjar adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw standards, proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali tal-awditjar ta' kontijiet dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat standard internazzjonali tal-awditjar ta' kontijiet li jkopri l-istess suġġett.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Għall-fini tal-paragrafu 1, “standards internazzjonali tal-awditjar” tfisser Standards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs), Standard Internazzjonali dwar il-Kontroll tal-Kwalità (ISQC 1) u Standards oħra relatati maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) permezz tal-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Aċċertament (IAASB), safejn huma rilevanti għall-awditu statutorju.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a, l-istandards internazzjonali tal-awditjar msemmija fil-paragrafu 1 fil-qasam tal-prattika tal-awditjar, l-indipendenza u l-kontrolli interni tal-kwalità ta' awdituri statutorji u ta' ditta tal-awditjar għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dawk l-istandards fl-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandards internazzjonali tal-awditjar biss jekk:
(a)
ikunu żviluppati skont il-proċess adatt, taħt sorveljanza pubblika u bi trasparenza, u jkunu ġeneralment aċċettati internazzjonalment;
(b)
jikkontribwixxu livell għoli ta' kredibbiltà u kwalità għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/34/KE;
(c)
jirriżultaw f'ġid komuni tal-Unjoni; u
(d)
ma jemendaw l-ebda rekwiżit ta' din id-Direttiva u ma jissupplimentaw l-ebda rekwiżit tagħha minbarra dawk imsemmija fil-Kapitolu IV u l-Artikoli 27 u 28.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Minkejja t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jimponu proċeduri jew rekwiżiti tal-awditjar ta' kontijiet flimkien ma' standards internazzjonali tal-awditjar adottati mill-Kummissjoni, biss
(a)
jekk dawk il-proċeduri jew ir-rekwiżiti tal-awditjar ikunu meħtieġa sabiex jagħtu effett lil rekwiżiti ġuridiċi nazzjonali marbuta mal-ambitu tal-awditi statutorji; jew
(b)
safejn dan ikun meħtieġ biex iżidu l-kredibbiltà u l-kwalità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-proċeduri jew ir-rekwiżiti tal-awditjar lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom jew, fil-każ ta' rekwiżiti li diġà jeżistu fil-ħin tal-adozzjoni ta' standard internazzjonali tal-awditjar, mhux aktar tard minn tliet xhur mill-adozzjoni tal-istandard internazzjonali rilevanti tal-awditjar.
|
|
Artikolu 26 5.
|
Fejn Stat Membru jirrikjedi l-awditu statutorju ta' impriżi żgħar, jista' jipprevedi li l-applikazzjoni tal-istandards tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' tali impriżi. L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni proporzjonata ta' standards tal-awditjar għall-awditi statutorji ta' impriżi żgħar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|